Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta - Friends of the Crib - Malta - Amici del Presepe - Malta - Freunde der Krippe - Malta - Les Amis de la Creche de Noel - Malte - Asociación de Amigos del Pesebre - Malta


Lejn Milied madwar
il-PRESEPJU

 

Home
WELCOME
BENVENUTO
WILKOMMEN
BIENVENIDO
BIENVENUE
MIN AHNA?
IL-PRESEPJU
FULJETT
KALENDARJU
TEKNIKA
KUNTATT
RITRATTI















        Qatt ghamilt presepju? 

Kors dwar il-bini tal-presepju.

Int qatt ghamilt presepju?

Jekk le f’dan il-kors, li kien ippubblikat fil-fuljett tal-Ghaqda ‘il-presepju’, issib idejat u metodi li jwassluk biex inti wkoll tibni presepju li jkun ghal qalbek. Nhegguk li tmidd idejk u ssir parti mit-tradizzjoni tal-Milied Malti.

Nota:  Ghalkemm dan il-kors fih l-ingredjenti kollha biex inti tibni presepju, zgur ma jistax jiehu post il-kors prattiku li l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju (Malta) torganizza kull sena matul is-sajf ghal membri u hbieb. Ibghatilna e-Mail fuq:  presmal18@gmail.com  ghal aktar dettalji.
 

Pass wara l-iehor. 

Bhal f’kull bicca xoghol ohra, il-bini tal-presepju nistghu naqsmuh f’numru ta’ stadji li jibdew mill-ippjanar u jwassluna sat-tmiem meta ahna npoggu l-pasturi f’posthom u nesponu l-presepju f’xi wirja jew fid-djar taghna. Nistghu nghidu li dawn l-istadji huma sebgha u jinqasmu fi tliet sezzjonijiet:

Sezzjoni A:   

1.     Ippjanar – ahseb u ddeciedi dwar il-forma, stil u qisien.

2.     Materjal u ghodda – ipprepara kollox qabel tibda.

3.     Abbozz jew gwida – immarka fuq il-bazi punti importanti.

 

Sezzjoni B:

1.     Kostruzzjoni – ibda ibni skond ma ddecidejt qabel.

2.     Kisi bil-karti, kolla u gibs – hawn jibda l-irfinar.

3.     Zebgha u kuluri – dawn ser jaghtu l-hajja lill-presepju.

 

Sezzjoni C:

1.     Accessorji – sigar, arbuxelli, fanali, ecc.

 

Dan ghaliex jekk ma nippjanawx sew, u ma nippreparawx kollox bil-ghaqal, nispiccaw biex jew ma naghmlu xejn (ghax naqtghu qalbna), jew ikollna presepju ta’ kafkaf u bla gost ta’ xejn.

 

Sezzjoni A:  Nippjanaw il-presepju.

Qabel xejn, diga ghandna pasturi, jew ghad irridu nixtruhom?  F’dan ir-rigward tliet punti huma mportanti:

a) id-daqs, b) l-istil tal-hwejjeg, c) il-kwantita’ ta’ pasturi li ser ikollna. 


B’din l-informazzjoni f’idejna nistghu niddeciedu:

a) l-gholi tal-grotta, gherien u xi bini iehor,

b) jekk il-presepju hux ser ikun stil bibliku jew kontenporanju

c) il-qies tal-presepju u kif ser inqassmuh (gherien, bini, toroq, ecc).

 

U la semmejna l-qies ma ninsewx il-proporzjon. Biex niehdu ezempju prattiku, kultant tara pastur twil xi tnax il-centimetru qed jipprova jidhol minn bieb ta’ tmien centimetri jew inqas.  Daqsxejn stramba hux hekk!  Jekk nahsbu ftit insibu li pastur ta’ 12cm jitlob bieb gholi imqar 13cm.  Imbaghad xi nghidu ghal pasturi nfushom?  Mhux darba u tnejn tara xi naghga tiswa daqs tnejn, jew xi baqra li tkun kwazi mohbija wara xi pastur.

 

Dan kollu huwa nuqqas ta’ kalkolu fil-proporzjon.  Ghax mhux lakemm taqbad u tibni bla hsieb, jew li tpoggi l-pasturi li jkollok kif gie gie. Irridu nimxu ftit mar-regola tal-qisien.  Fi kliem iehor irridu nahdmu ftit somom biex insibu l-qisien ghal mal-pasturi li jkollna.

 

Qabel xejn tajjeb inkunu nafu xi qisien  fil-hajja normali.  Per ezempju: ragel normali ikun twil bejn wiehed u iehor 170cm; dar b’sular wiehed tkun gholja xi 350 cm;  bieb ta’ dar ikun gholi xi 210 cm; sigra tal-palm tkun twila xi 600 cm.  Hemm hafna affarijiet ohra li jintuzaw fil-presepju, izda biex insemmuhom kollha nahlu wisq spazju.

      

Barra dawn il-qisien ikollna bzonn il-qies tal-pasturi li ser nuzaw, p.ez: 12cm.  Meta jkollna dawn il-qisien nistghu nahdmu hekk: Niddividu l-gholi tal-oggett li ser naghmlu (dar, bieb, sigra, ecc) bit-tul ta’ persuna normali li ghidna tkun twila madwar 170cm u nimmultiplikaw ir-rizultat bil-qies tal-pastur. Hawn taht ghandna kalkolu ta’ bieb, li normalment ikun 210cm, ghal ma’ pastur ta’ 12cm.

 

                                     210÷170 = 1.24 x 12 = 14.8 cm.

Mela bieb fil-presepju irid ikun 14.8 cm.


Fil-pagna PERSPETTIVA issib tabella li ttik hafna qisien lesti.
   

Meta hsibna f’dan kollu, nghaddu ghat-tieni pass.
 

Nippreparaw dak kollu li ser ikollna bzonn.

Ghodda:

bulletSikkina b’xifer tajjeb u jaqta (Jekk ser tuza l-jablo)
bulletZewg pniezel wiehed 2.5 cm u l-iehor ftit inqas.
bulletKontenitur biex inhalltu l-kolla u l-gibs fih.
bulletMasking tape
bulletFildiferru biex tifforma l-grotta.

 

Materjal:

v     Kartuna hoxna jew plywood ghal qiegh

v     Karti hoxnin (tal-gwiez) u bicciet tal-polistirene – jablo.

v     Kolla vinilika (bajda u ma jkunx fiha spirtu)

v     Gibs ingliz u serratura fina tal-injam abjad.

v     Srievet tal-karti (paper napkins) ahjar bojod.

v     Ammont ta’ stikkadenti (toothpicks)

v     Kuluri li jithalltu mal-ilma (iswed, isfar, ahdar u kannella)

 

Issa, la darba ghandna kollox f’idejna, wasalna ghat-tielet pass:

 

Infasslu l-presepju:

 

Fuq il-kartuna jew plywood li lestejna ghal qiegh nimmarkaw ftit punti li jindikawlna fejn irridu nghollu, jekk hux ser tidhol xi rampa jew turgien, u fuq kollox, jekk ser tkun f’dan il-livell, fejn gejja l-grotta.  Nimmarkaw ukoll xi toroq, blat jew gherien li ser jitpoggew fuq il-bazi tal-presepju.  Dan kollu jaghtina stampa bazika tal-presepju biex ahna nkunu nistghu nibdew niffurmaw l-ewwel livell. Ftit disinn dwar kif ser jidher il-presepju mill-faccata jkompli jghina nippjanaw u nsolvi xi problemi zghar li nistghu niltaqghu maghhom. Jekk nahdmu sew, f’dan l-istadju diga nibdew naraw fejn irridu naghmlu xi tarag, telgha jew forsi xi pont ghax niddeciedu li naghmlu wied.

 

 

Sezzjoni B: Il-Kostruzzjoni

 

N.B.   Ta’ min jghid li l-presepju ma jsirx f’darba.  Dan minhabba li nkunu rridu naghtu cans biex il-kolla tinxef sew.

 

Il-qafas: 

Meta nigu biex nibdew nibnu l-presepju, irridu nwahhlu bicciet tal-jablo u kartun biex noholqu d-dizlivelli bejn il-bazi, il-grotta u l-bini li ser ikollna. Ghalhekk nibdew biex inwahhlu dawn il-bicciet skond il-pjanta li nkunu ghamilna. Niftakru li ghal issa ser nuzaw kolla pura, minghajr ilma.

 

Wara li nlestu l-bazi jkun imiss li nibdew niffurmaw il-grotta. L-ewwel ma rridu naghmlu hu il-qafas billi norbtu bicciet tal-fildiferru ma’ xulxin, nwahhluhom mal-qiegh permezz tat-tape biex ma jiccaqilqux u nghawguhom biex noholqu l-forma tal-grotta.  Wara jkun imiss li ninfurraw dan il-qafas bil-karti xotti – ahjar   jekk dawn ikunu ftit hoxnin biex ma jixxarbux u jitqattghu meta naslu biex inxarrbuhom bil-kolla.  Ikollna bzonn qoxra fuq gewwa li titwahhal mal-qafas bit-tape biex ma taqax, u qoxra ohra fuq barra biex tghatti l-qafas.  Qabel inwahhlu dawn il-karti, tajjeb jekk nghaffguhom ftit bejn idejna biex jiehdu dehra ta’ blat.

Jekk ser naghmlu xi gherien ohra rridu nahdmu bl-istess mod.

 

Issa wasalna biex inpoggu xi rampa jew tarag biex mill-livell ta’ isfel nitilghu il-fuq.  Hawnhekk nigu ghall-uzu tal-polistirene jew kif inhu maghruf, il-gablo.  Dan irridu naqtghuh f’bicciet pjuttost kwadri, hoxnin madwar 1cm jew 1.5cm.  It-tul u wisa jiddependu mill-qies li ghandna fil-presepju.  Importanti li dawn ikunu lixxi kemm jista jkun biex jehlu sew bil-kolla.  Dawn jigu nkullati bicca fuq l-ohra biex jiffurmaw tarag.  Ikun tajjeb jekk nuzaw toothpicks bhala msiemer biex inzommu l-jablo ma xulxin sakemm jinxef.  La darba jkun nixef u allura jkun wehel sew, inkunu nistghu inkissrulu x-xfar tieghu biex jidher rustiku jew biex flok tarag ikollna rampa. Meta ninkullaw il-bicciet ma xulxin ikun tajjeb jekk inhalluh jinxef ghal 24 siegha.

 

Sadanittant nibdew nahdmu l-bini.  Dan m’hu xejn hlief kaxxi tal-kartun ta’ daqs differenti li ahna npoggu u nwahhlu mal-bazi tal-presepju jew fuq il-grotta, skond ma inkunu ppjanajna. Ma ninsewx naqtghu il-bibien jew twieqi. 

 

Inkomplu sejrin bil-‘bini’ u tqassim tad-diversi partijiet li jiffurmaw il-presepju taghna sakemm naraw li tajnih il-forma mixtieqa.  Ma ninsewx nuzaw it-tape biex inzommu partijiet ma’ xulxin.  B’dan nifrankaw hafna tidlik zejjed ta’ kolla.

 

Kisi bil-karti u gibs: 
 

 

Meta naraw li il-forma bazika lesta , nghaddu biex nirfinaw ix-xoghol taghna. Nibdew billi nimlew xi toqob kbar bil-karti tal-gazzetti li nkunu ghaffigna sew bejn idejna. Irridu wkoll innehhu xi jablo zejjed li jkollna biex nghatu forma iktar naturali lill-presepju taghna. Issa jkun imiss il-kisi bil-karti (tissues).

 

Hawnhekk  ikollna bzonn tahlita ta’ kolla, ilma u gibs.  Ma kull parti wahda kolla inzidu tliet partijiet ilma u nhawwdu sew sakemm il-kolla tinhall. Ma kull tazza minn din it-tahlita inzidu maghrfa jew tnejn gibs ingliz u nergghu inhawwdu sew.

 

B’din l-ahhar tahlita nizbghu il-presepju bicca wara l-ohra u fejn inkunu xarrabna npoggu bicciet tal-karti (tissues) u nrossuhom sew mal-gablo bil-pinzell imxarrab bl-istess tahlita. M’hemmx ghalfejn inxarrbu kollox ghasra, it-tissues ma jridux hafna likwidu biex jixxarbu u jehlu sew!  Niksu kull rokna u kull parti tal-presepju.  Dan il-process irid jorbot flimkien il-bicciet kollha tal-jablo u l-karti kif ukoll jipprepara bazi tajba ghaz-zebgha.

 

Wisq probabbli jkollna naqsmu dan ix-xoghol f’iktar minn darba. Dan ghaliex ikun ahjar jekk kultant nieqfu u nhallu x-xoghol jinxef. 

 

Meta nkunu ksejna kullimkien, inkluz il-bini u djar, inhallu l-presepju jinxef ghal tal-inqas 48 siegha.  Wara dan ikun imiss li naghtu passata ohra bil-kolla, gibs u serratura.  Din it-tahlita tkompli tirfina u tissoda l-presepju taghna. Ghal din il-passata nkunu rridu l-istess tahlita li uzajna biex ksejna bil-karti izda nzidu maghrfa ohra jew tnejn gibs u maghrfa serratura fina.  B’din it-tahlita nizbghu il-presepju kollu u nergghu inhalluh jinxef ghal jumejn ohra.

Sezzjoni C:  Iz-Zebgha

Meta l-presepju jinxef sew, insibu li dan gie sod u nistghu nghidu li ‘sar bicca wahda’.  Dan jurina li nistghu naghtu z-zebgha.

 Billi ser nuzaw kuluri imhallta mal-ilma, irridu nergghu nuzaw il-kolla biex il-kulur ma jitfarfarx.  Din id-darba nistghu inhalltu parti kola ma’ erba’ partijiet ilma minghajr ma nzidu gibs. Ikun tajjeb jekk il-kuluri inholluhom fi ftit ilma biex ikun iktar facli napplikawhom.

 

Nibdew billi bil-pinzell nizbghu parti zghira mill-presepju bil-kolla mhallta bl-ilma.  Napplikaw ftit kulur u b’daqqiet hfief nifirxuh fuq il-kolla. Noqghodu attenti biex il-kuluri nzommuhom cari kemm jista’ jkun  ghax ikun difficli niccarawhom wara.  Normalment l-ewwel kulur li nuzaw ikun il-kulur bazi, ez: iswed (griz) jew kannella car.  Fuq dan nghatu xi ftit isfar, tikka hadra l’hemm u l’hawn u anke xi ftit kannella skur fil-hofor.  Ma nesagerawx!  Bil-pinzell imxarrab fil-kolla, indahhlu l-kuluri go xulxin minghajr ma ngibuhom qishom kulur wiehed.  Meta nlestu l-parti li nkunu zbajna, naqbdu c-carruta li nkunu xarrabna u ghasarna sew u nixxuttaw il-likwidu (kolla u kulur) zejjed li jkollna fuq il-presepju.  Hawnhekk nibdew naraw il-presepju jiehu dak il-kulur ta’ blat naturali. Ma rridux inhalluh jinxef ghax ikun difficli li naghmlu dan ix-xoghol!

 

Dan ix-xoghol irid isir bicca wara l-ohra u mhux fuq il-presepju kollu f’salt.  Jekk ikun hemm bzonn irridu nieqfu u nhallu kollox jinxef qabel inkomplu.  Nibqg]u sejrin hekk sakemm inkunu zbajna il-presepju kollu.  Nghatu daqqa t’ghajn biex naraw li lhaqna kullimkien, u meta nkunu sodisfatti inpoggu l-presepju fil-genb u nhalluh jinxef imqar ghal tliet ijiem.

 

Sezzjoni D: Accessorji

 

Wara z-zebgha nistghu nghidu li l-presepju taghna lest.  Ikun imiss li ahna npoggu fih, xi sigar, xi fanal, xi xatba, ecc.  F’kelma wahda ikun imiss l-accessorji. Dawn flimkien mal-pasturi u xi ftit haxix (artificjali) jghatu l-hajja lil presepju taghna. Hawn taht ser naraw kif nistghu naghmlu xi affarijiet ghal presepju taghna. 

 

 

 

Il-palma:
 

                  

X’ikollok bzonn:                     

Masking tape ta’ 2.5 cm

Fildiferru rqieq u artab

Spag ohxon tal-qanneb.

Ftit kolla bajda

Kulur ahdar u kannella.
 

Ibda billi taqta’ erbatax il-bicca fildiferru ta’ 20 cm.

Aqta’ bicca tape twila 4cm  u wahhal wahda mill-fildiferru f’nofsha ghat-tul ta’ 2cm.  Ilwi t-tape u wahhal wicc ma’ iehor bil-fildiferru bejniethom.  B’dan tkun ghamilt werqa jew fergha ta’ 2cm.  Minn dawn trid tlieta.  Issa jmiss hames frieghi ta’ 4 cm.  Dawn isiru bl-istess mod ta’qabel imma b’tape twil 8cm.  Fl-ahhar trid taghmel sitt frieghi ta’ 6cm.  It-tape din id-darba jrid ikun twil 12cm.  B’hekk ikollok erbatax il-fergha bhad-disinn (A)  li bihom ser taghmel sigra tal-palm.

 

B’imqass zghir aqta’ t-tape li wahhalt f’forma ovali imma tawwalija.  Ara disinn (B). Dawn iridu jinzebghu hodor.  Disinn C juri l-fergha lesta bil-weraq maqtughin irqaq. 

 

Ibda mmonta s-sigra billi tpoggi t-tliet frieghi zghar ma xulxin u torbothom sew bit-tape.  Imbaghad poggi l-frieghi tal-4cm wahda wahda ma’ t-tlieta  iz-zghar u erga orbot sew flimkien.  Issa fadal il-frieghi il-kbar tas-6cm.  Aghmel l-istess bhal frieghi l-ohrajn. Waqt li qed torbot qassamhom sew madwar il-frieghi ta’ qabel. Meta kollox ikun marbut sod, kebbeb is-saqajn tal-fildiferru bi spag ohxon biex tifforma z-zokk.  Issikka sew.  Taghmel tajjeb jekk waqt li qed tkebbeb taghti ftit kolla bajda biex jehel kollox ma’ xulxin.

 

Wara li tlesti minn dan isboh l-ispag bil-kannella mhallat ma’ ftit kolla u halli kollox jinxef.  L-ahhar haga hija li tilwi l-frieghi il-barra biex taghti l-forma lis-sigra. Ara d-disinn D.

 

 

Il-Fanal:   
 

Ikollok bzonn:

Kartun irqieq.

Karti semi- trasparenti.

 

Fuq bicca kartuna aghmel disinn  bhal ma jidher fuq ix-xellug u aqta’ mal-linji ta’ barra. Il-partijiet il-grizi iridu jinqatghu ghal kollox u minflokhom jehlu bicciet tal-karti rqaq jew plastic biex jirraprezenta l-hgieg.  Ara ittra B

 

L-ittra D turi l-qiegh tal-fanal fil-waqt li A huwa l-ghatu.  L-istrixxa dejqa mmarkata C isservi biex tehel man-naha l-ohra u b’hekk tghaqqad il-gnub tal-fanal.  Fl-ahhar ilwi il-partijiet li jiffurmaw l-ghatu u wahhalhom flimkien bi ftit kolla jew masking tape.  Meta jinxef, izboh il-fanal bi ftit kulur iswed bla ma ccappas il-‘hgieg‘.

 

 

Il-Garra: 
 

Biex taghmel il-garra tista tuza kemm tafal Malti kif ukoll tafal li jinxtara minn hwienet tal-Hobbies.

 

Importanti li t-tafal ma jkunx iebes meta tahdmu.

 

Ibda billi tifforma l-qiegh.  Dan isir minn bicca tafal irqieqa u tonda.  Il-qies jiddependi mid-daqs tal-garra. 

 

Fuq dan il-qiegh poggi cirku irqieq u fuqu poggi cirku iehor kemxejn ikbar.  Kompli ibni cirku fuq l-iehor fil-waqt li tkabbar ic-crieki sakemm tasal fl-iktar parti wiesgha meta mbaghad tibda ccekken ic-crieki mill-gdid biex tifforma l-ghonq. L-ahhar cirku irid ikun ehxen mill-ohrajn biex jghati s-sahha lill-ghonq.

Waqt li qed tibni c-crieki fuq xulxin, idlek kull cirku bi ftit tafal imdewweb fl-ilma u meta tpoggieh f’postu, erga applika ftit tafal imdewweb kemm fuq gewwa kif ukoll fuq barra biex il-garra tehel sew ma xulxin.

Meta tlesti halli l-garra tinxef sew qabel iccaqlaqha.  Wara li tinxef sew tkun tista tizbohha kulur it-terrakotta.  Meta taghmel dan zid ftit kolla mal-kulur halli tkompli tissoda l-garra.

 

 

Xatba jew Bieb:
 

Biex tahdem bieb jew xatba tista’ tuza njam irqieq. Kannestri tal-frott joffru materjal eccellenti ghal dan.  Fid-disinn fuq ix-xellug naraw id-differenza bejn bieb u xatba.  Waqt li f’ta’ l-ewwel l-istrixxi huma aktarx maqtughin sew u puliti, dawk li jiffurmaw ix-xatba huma aktar rustici u bla rfinar.  Ghax-xatba jistghu jintuzaw ukoll zkuk niexfa.  F’dan il-kaz tajjeb jekk infittxu zkuk dritti kemm jista jkun.  Biex twahhal li strixxi ma’ xulxin, idlek bil-kolla bajda u halli jinxef ghal tal-inqas 12 il-siegha. Jekk tapplika ftit pressa jew torbot il-bicciet ma xulxin, l-ghaqda ssir ahjar.

Meta npoggu dawn l-accessorji, flimkien ma xi ftit haxix artificjali biex naghtu dehra iktar naturali lill-presepju, ikun fadal biss il-pasturi.  Dawn ghandhom jitpoggew b’attenzjoni biex huma wkoll isiru parti mill-hajja tal-presepju taghna.  Naraw li jkunu dritti u sodi biex ma jaqghux, u fuq kollox inpogguhom f’postijiet ragunati u li jaghmlu sens, b’hekk meta nesibixxu l-presepju ma jkunx hemm min jikkritikalna xi pastur rieqed li nkunu poggejna fuq xi hnejja!