Jekk qed nahsbu biex il-presepju taghna
jkun imdaqqas mhux hazin, irridu bil-fors nghatu kaz tal-perspettiva. F'kaz
bhal dan ikun aktar mehtieg li ahna nirrispettaw il-proporzjon.
X'taghmel il-perspettiva? Din taghti dehra ta' fond lill-presepju taghna. Meta
tinhadem sew il-perspettiva tghin lil min ihares lejn il-presepju biex ihoss li
l-presepju hu hafna iktar fond milli fil-fatt hu. Jekk inharsu sew lejn l-istampa
li ghandna hawn, malajr nifhmu dan kollu.
Presepju li jkollu perspettiva tajba
aktarx li jkun fih tliet qisien ta' pasturi; sett kbir fuq quddiem, sett ftit
izghar fin-nofs u sett zghir fuq wara. Dan ghaliex aktar ma nharsu l-boghod, l-oggett
jidher aktar zghir. Bhal fil-kaz tal-pasturi isir l-istess fejn jidhlu bini,
sigar, u accessorji ohra. Dan ghaliex kif semmejna fil-kors dwar il-bini
tal-presepju, il-proporzjon huwa ferm importanti. It-tabella li tidher hawn
taht taghti diversi qisien li huma mahduma proporzjonalment ma xulxin. Hija
maqsuma fi tnejn biex setghu jidhlu aktar qisien.
Dawn il-punti jservu ta' gwida biex
tifhem it-tabella malajr:
a) in-numri bojod taht il-kaxxa safra
huma qisien ta' pasturi.
b) in-numri fl-ewwel kolonna (xellug) huma l-qisien attwali tal-oggett li
ser ikun rapprezentat: e.z. bieb, tieqa, mejda, sigra, ecc.
c) in-numri fil-kolonni kuluriti huma l-qisien tal-oggetti kif irridu
nahdmuhom.
Mela jekk ahna rridu naghmlu hajt tas-sejjieh li normalment ikun gholi madwar
120cm ghal ma' pasturi ta' 12cm infittxu fl-ewwel kolonna il-qies normali
(120cm) u nimxu fl-istess linja sa taht il-qies tal-pasturi (12cm). Hemmhekk
insibu li l-hajt irid ikun gholi 8.5cm. Facli le?!