Minn hawn
u minn hemm...
Ghandna
ghax nifhmu li missierijietna wkoll kienu jiccelebraw it-Twelid ta’ Gesu Bambin,
u aktarx li kienu wkoll jarmaw xi forma ta’ presepju. Minkejja dan ftit li xejn
insibu dokumenti li juru meta, fejn u minn min saru l-ewwel presepji f’Malta.
Diversi kienu
dawk li ppruvaw ifittxu anke fl-arkivji ta’ Kunventi jew Monasteri Maltin biex
isibu xi hjiel dwar dan...s’issa ftit li xejn instab. L-informazzjoni li
ghandna twasslet lilna f’bicciet mix-xjuh taghna u ahna ghaqqadniha flimkien
biex noholqu forma ta’ storja dwar l-evolviment tal-presepju f’Malta.
Ghalhekk minn hawn u
minn
hemm...
Jghidu li fil-knisja tad-Dumnikani fir-Rabat, kien jintrama
presepju sa mill-1617. Kif u minn x'hiex kien mahdum ma nafux! Barra dan il-presepju
jissemmew ohrajn li kienu intramaw fis-snin ta' wara; uhud minnhom huma marbutin
ma' persuni li kienu maghrufin ghal hidma taghhom f'dan il-qasam. Jissemmew per
ezempju Fra Benedetto Papale (1975) Patri Frangiskan minn Caltagirone fi
Sqallijja. Presepji li huma xoghol ta' dan il-patri ghadhom esibiti f'diversi
muzewijiet Sqallin. F'Malta jissemma certu Anontio Muscat Fenech, Qormi (1870)
li kien jarma presepju mekkaniku li kien jithaddem bl-ilma u fl-1877 jissemma wkoll
Duminku Pace li kien jahdem presepju kbir f'tas-Sliema.
Dawn kollha
spiccaw; imma niehdu gost nghidu li fil-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini,
fl-Imdina, ghad hemm presepju li nhadem fl-1826.
Jinghad li dan huwa wiehed
mill-presepji mahdumin minn Benedetto Papale.
Barra dawn il-presepji
jissemmew ohrajn li izda ma hemm ebda informazzjoni dwarhom, jew fejn kienu
jezistu. Dawn il-presepji aktarx li kienu jinsabu f’xi kunvent, jew fi djar ta’
nies ghonja li setghu jixtru l-pasturi li kienu ghaljin. Fost dawn kien hemm
min sahansitra xtara presepju u pasturi minn Napli. Dawn kien fihom xoghol
artistiku ferm, izda ma tantx nizlu tajjeb mal-Maltin; forsi minhabba l-kuluri
jghajjtu u l-gegwigija li huma karatterizzati fl-istil Naplitan.
Jghidu li hafna minn dawn
il-presepji spiccaw mahruqin fil-forog jew fuklari.
Il-Maltin kienu iktar migbuda lejn
l-istil tal-presepju Sqalli, u fil-fatt hafna mill-karatteristici ta’ dan
il-presepju insibuhom ukoll f’dak Malti.
Jista’ jkun ukoll li dan gara
minhabba l-vicinanza taz-zewg pajjizi u anke l-iskarigg tal-Maltin u Sqallin
bejn iz-zewg gzejjer. Minkejja dan, il-presepju Malti inghata l-karattru
partikulari tieghu bl-ilbies tal-pasturi, bil-girna, bil-mithna tar-rih u bi
snajja Maltin li gew imdahhla fit-taqsimiet tieghu.
F’Malta, bhal ma
gara f’pajjizi ohra, il-presepju ha spinta sew il-quddiem fil-bidu tas-seklu
dsatax. Dan aktarx minhabba
l-fatt
li ghal din il-habta bdew jinhadmu l-pasturi
bil-forom u allura il-prezz taghhom, li kien hafna irhas minn dawk skolpiti
bl-idejn, kien jintlahaq aktar mill-popolin. Kien ukoll matul dan iz-zmien li
dehru f’Malta l-ewwel pasturi tat-tafal bil-kostum Malti. Dawn kienu ta’ qies u
prezz li setghu jinxtraw minn kulhadd. Kienu wkoll jirraprezentaw diversi snajja
jew tradizzjonijiet Maltin. Kont issib fost ohrajn, l-ghannejja, u d-daqqaqa
tal-kitarra , taz-zaqq u t-tambur. Fost is-snajja kien hemm il-furnar,
ir-raghaj u l-bidwi.
Nistghu nghidu li
ghalkemm dawn il-pasturi, maghrufa wkoll bhala l-pasturi tas-sold, ghax daqshekk
kienu jinbieghu, ma kienux xi kapulavuri tal-arti, kienu huma li taw
l-imbuttatura li kellu bzonn il-presepju Malti. Wisq probabbli din l-popolarita
kienet wasslet biex f’kull dar kont issib xi forma jew ohra ta’ presepju maghmul
mill-karti tas-siment jew gurnali imwahhla fuq xulxin bil-kolla tad-dqieq,
inkella mibni minn gebel rustiku jew mill-gagazza. Billi din tal-ahhar kienet
il-fdalijiet ta’ faham mahruq, kont issibha l-aktar ghand xi haddied jew vicin
ix-xatt fejn kienu jitrakkaw il-vapuri.
Wara l-ahhar
gwerra, fil-bidu tas-snin hamsin, bdew resqin lejn Malta, l-iktar permezz
tas-servizzi Inglizi, tradizzjonijiet godda u moderni bhal ma kienu l-Christmas
Tree, Father Christmas u tizjin iehor li ma kellu x’jaqsam xejn mal-ispirtu
tal-presepju. Dawn it-tradizzjonijiet, forsi ghax ma kienux jirrikjedu hafna
xoghol biex jintramaw, jew ghax kellhom dwal u kuluri ilellxu, malajr intoghgbu
u bil-mod il-mod bdew jiehdu post il-presepju. Kien grazzi ghal numru ta’
dilettanti li t-tradizzjoni tal-presepju fil-Milied Malti baqghet hajja. Fl-1986
dawn id-dilettanti inghaqdu flimkien u tellghu wirja ta’ presepji zghar mahdumin
minnhom stess li giet milqughha tajjeb mill-pubbliku. Dan kien it-twelid
tal-Ghaqda Hbieb tal-Presepju (Malta) li sal-lum ghadha tahdem biex il-presepju
jibqa’ jifforma parti mit-tradizzjoni tal-Milied f’Malta. Grazzi ghal hidma ta’
din l-Ghaqda, illum il-presepju rega sab postu fid-djar Maltin.
Nahseb li fuq
fuq, irnexxieli anke jien nibni storja zghira dwar il-presepju f’Malta. Kif
ghidt fil-bidu uzajt informazzjoni li gbart minn hemm u minn hawn. Ma jfissirx
li m’hemmx izjed x’jinghad dwar din it-tradizzjoni hekk sabieha. J'Alla nibqghu
nircievu informazzjoni li gejja minghand ix-xjuh taghna
biex tkompli tkabbrilna l-kultura u l-istorja ta' pajjizna.