Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta - Friends of the Crib - Malta - Amici del Presepe - Malta - Freunde der Krippe - Malta - Les Amis de la Creche de Noel - Malte - Asociación de Amigos del Pesebre - Malta


Lejn Milied madwar
il-PRESEPJU

 

Home
WELCOME
BENVENUTO
WILKOMMEN
BIENVENIDO
BIENVENUE
MIN AHNA?
IL-PRESEPJU
FULJETT
KALENDARJU
TEKNIKA
KUNTATT
RITRATTI















KALENDARJU

 IL-PANDEMIJA TAL-COVID 19 TOLQOT IL-PRESEPJU!

Nhar il-Hamis 5 ta' Marzu, 2020 kellna l-Laqgha Generali Annwali.  Kienet laqgha tajba b'attendenza ta' madwar 40 membru jippartecipaw u joffru suggerimenti ghal programm ta' hidma matul is-sena 2020.

Kellha tkun l-ahhar laqgha ghal mill-inqas erba' xhur.  Dan ghaliex, ftit granet wara, wasal f'Malta il-Coronavirus!  Dan l-ghadu tal-hajja umana jinghad li tfacca fic-Cina minn fejn kien trasportat mad-dinja kollha.  Ma tantx kellna nformazzjoni dwaru, Sirna nafu biss li facli jinxtered u x'kien mehtieg li naghmlu biex nevitawh.  L-awtoritajiet sanitarji Maltin ma qaghdux lura u malajr hargu bit-twissijiet taghhom.  Qalulna: "Oqoghdu d-dar, tohorgux jekk mhux b'necessita'. Zommu l-boghod minn xulxin u tingabrux fi gruppi ta' aktar minn tlieta min-nies.  Tmorrux izzuru lil qrabatkom fi djar tal-anzjani, jew fi sptarijiet. Anqas m'ghandkom tmorru ghand xulxin. Ahslu jdejkom spiss u tmissux wicckom."
Fi ftit granet il-hajja waqfet!  Hwienet ghalqu, Knejjes u skejjel spiccaw bahh! Postijiet ta' divertiment u sports hassru l-programmi taghhom u ghalqu l-bibien. Sahansitra l-karozzi fit-toroq naqsu drastikament.

Fi snin ohra, wara l-Laqgha Generali l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta kienet tibda bl-attivitajiet ghal membri. Tithabbar iz-zjara lil wirjiet tal-Gimgha l-Kbira, jigu ffisati dati u mistiedna kelliema ghall-lectures ta' April u Mejju fil-waqt li jinfethu l-applikazzjonijiet ghall-kors tas-Sajf meta numru sabih ta' membri u hbieb jiltaqghu biex flimkien jitghallmu jahdmu l-presepju.
Wara s-success li kellna bil-kors tekniku mit-Taljan Gianfranco Cupelli, kellna f'mohhna kors iehor simili, possibilment minn xi pajjiz iehor.  Konna wkoll bdejna nhewdnu fejn ser naghmlu l-wirja annwali 2020.

KOLLOX WAQAF! Bilkemm kellna forza biex nattwaw dak li konna qbilna dwaru fil-Laqgha Generali. 
Bi ftit sforz komplejna nahdmu fuq il-harga 103 tal-fuljett, "il-Presepju".  B'telefonata jew email kultant, il-membri tal-Bord Editorjali hadmu flimkien biex ghallinqas il-fuljett, l-uniku kuntatt li kellna mal-membri, johrog fi zmienu - Lulju 2020. Fi ftit granet ohra din il-harga tal-fuljett tasal fid-djar tal-membri. Dan grazzi ghal kull min ta daqqa t'id b'kitba, korrezzjonijiet, issettjar u stampar. Ghal min jixtieq jara il-fuljett qabel jasallu d-dar, jekk hu membru, jista facilment jarah fil-pagna FULJETT ta' dan is-sit,

X'ser jigri fil-futur?  Difficli tghid.  Hawn min qed jghid li wasalna kwazi ghan-normalita'!  Haddiehor li jista jkun huwa aktar infurmat, ghadu qieghed jghidilna biex noqghodu attenti, ma nghagglux u nibqghu nobdu l-istruzzjonijiet tas-sahha, ghax "il-Covid19" ghadu ma saqajna.

Ir-responsabilta li ggorr maghha l-kariga li ghandna fit-tmexxijja tal-Ghaqda ma tippermettix li nhabbru x'ser isir.  Tinkoraggina biex nfasslu programm ta' attivitajiet, biex jekk is-sitwazzjoni tkompli ticcara u allura jitfacca c-cans li nohorgu aktar fil-berah, ikollna l-hwejjed lesti u mghoddijin;  kemm nilbsu u nohorgu nilqghu il-mistednin.
Sadanittant, anke lilkom, nistednukom tahsbu ghal Milied li gej ... fadal sitt xhur!  Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd.  Mela aghmlu bhalna, ibdew ahsbu biex fl-ahhar ta' Novembru, anke jekk kollox ikun ghadu incert, il-presepju fid-djarkom, imdawwar bl-gheziez taghkom ma jonqosx.

Minn issa nawguralkom Milied Hieni mimli Paci u Ferh madwar il-maxtura tal-Bambin Gesu.     
       

EJJA NAGHMLU L-PRESEPJU! 

Iktar il-fuq f'din il-pagna ghidna li ma nistghux infasslu, jew ahjar nippubblikaw programm ta' attivitajiet mill-Ghaqda taghna.  Dan, izda, ma jfissirx li ser noqghodu b'idejna fuq zaqqna, ma naghmlu xejn! Ahna mhux ta' b'xejn nghidu li ghalina l-Hbieb tal-Presepju il-Milied huwa s-sena kollha.  Hafna minnha diga qed jibnu l-presepju taghhom ghal din is-sena;  min presepju kbir, min zghir, min presepju suq stil Malti, l-iehor jahdem stil bibliku, dak jipprova jaghmel xi pastur; insomma ghalina d-dilettanti tal-presepju, il-hin liberu jfisser hin li jista jintuza biex id-delizzju taghna nkomplu nkabbruh.

Ghalhekk, anke lilek li qed taqra, inheggek biex tmidd idejk u tibda tahdem presepju.  Bil-mod, m'hemmx ghalfejn tferfix.  Jekk qatt ma bnejt presepju u b'din il-kitba qed tithajjar, zur il-pagna TEKNIKA f'dan is-sit u hemm issib hafna informazzjoni. Jekk xorta tibqa taqta qalbek, ibghat eMail fuq presmal18@gmail.com jew cempel fuq 99406645 u tinghata jew tircievi l-ghajnuna kollha u l-inkoraggiment li jkollok bzonn.

Dan hu l-kalendarju taghna ghal din is-sena ... programm ta' inkoraggiment biex anke int, li forsi qatt ma thajjart, tmidd idejk u tibni l-ewwel presepju tieghek.

NAWGURALEK FTIT SIEGHAT F'PASSATEMP LI ZGUR ITIK SODISFAZZJON.