Lejn
il-35 anniversarju!
Kwazi 35 sena ilu, twieldet
l-Ghaqda
Hbieb tal-Presepju – Malta
bil-ghan ewlieni
li ssahhah it-tradizzjoni
tal-Presepju fil-Milied
Malti.
Nhar is-7 ta' Ottubru
1986 bdiet mixja ta’
hamsa u tletin sena...ma kienetx facli. Mhux l-ewwel darba li l-Ghaqda kien
jinhtigilha tiffaccja atmosfera ta’ apatija minn min kien mistenni jaghti
appogg. It-triq mhux dejjem kienet lixxa jew ghall-wita. Il-Kunsilli li
mexxew l-Ghaqda tul dawn is-snin kellhom jitilghu tlajja, iwarrbu ostakli u
jilqghu sfidi biex jilhqu l-ghanijiet li ghalihom twaqqfet l-Ghaqda Hbieb
tal-Presepju – Malta.
Dawn kollha
ziedu d-determinazzjoni tal-membri tal-Ghaqda biex jibqghu mexjin u jharsu
biss il-quddiem. L-ghanijiet tal-Ghaqda, mibnijin fuq l-imhabba lejn it-tradizzjonijiet
Maltin u l-ispirtu veru tal-Milied bdew jintlahqu. Il-presepju beda jzid
fil-popolarita tieghu bir-rizultat li zdiedet il-prezenza tieghu fid-djar u
postijiet pubblici f’Malta. Bil-hidma tal-Kunsilli li mexxew l-Ghaqda u l-interess
muri mill-membri li zdiedu sena wara l-ohra, it-triq il-quddiem bdiet dejjem
tehfief. Il-presepju rega sab il-post li jixraqlu – fic-centru tal-Milied
Malti.
Wara ftit snin
bdew il-kuntatti ma’ ghaqdiet simili barra minn Malta, biex il-kultura
tal-Milied Malti bdiet tithallat ma’ dawk ta’ pajjizi ohra. Presepisti
Maltin zaru presepji f’pajjizi ohra vicin taghna u hbieb tal-Presepju minn
pajjizi barranin gew jiltaqghu maghna u japprezzaw il-presepju Malti.
Bis-sahha ta’ dan diversi membri tal-Ghaqda irnexxielhom iwasslu l-presepju
Malti fi djar u wirjiet barranin. Ma kienx bizzejjed...l-Ghaqda kompliet
tahdem ma’ ghaqdiet barranin sakemm fl-2008 sar l-ewwel skambju ta’ numru
sabih ta’ presepji ma’ ghaqda presepistika gewwa Vosendorf, fl-Awstrija.
Xejn inqas minn hamsa u ghoxrin presepju telqu minn Malta lejn dan il-post
vicin Vienna fil-waqt li daqstant iehor kienu fi triqithom minn Vosendorf
lejn Malta. Il-wirja taghna dik is-sena infethet mill-Ambaxxatrici
tal-Awstrija f’Malta.
Il-mixja
kompliet u f’eghluq il-25 sena tal-Ghaqda, ingieb Malta presepju artistiku
mahdum mill-melh fuq pedana ta’ madwar 70 metru kwadru bi statwi
tat-terracotta. Dan gie minn Caltagirone fi Sqallijja u ntrama fl-MFCC, Ta’
Qali. Fl-istess sena, presepju Malti kien armat fil-kattidral ta’ Brussell
fuq inizjattiva tal-Ambaxxatur Malti fil-Belgju.
Issa konna qbadna ritmu tajjeb. Il-popolarita tal-Ghaqda
Hbieb tal-Presepju – Malta qabdet sew anke barra minn xtutna, u fl-2012
irnexxielna ngibu numru ta’ presepji mahduma mill-qasab mill-belt ta’ Chieti
fl-Italja. Kien imiss li l-presepju Malti jerga jsiefer u jmur izur belt
ohra barranija u fl-2014 ftit aktar minn ghoxrin presepju ittellghu
Acitrezza fi Sqallijja biex ittellghet wirja ta’ presepji minn Malta f’din
il-belt, provincja
ta’ Catania.
Sadanittant, f'Malta bdew il-preparazzjonijiet biex il-Belt Valletta
titlibbes il-kuruna tal-KAPITALI EWROPEA TAL-KULTURA fl-2018.
Ahna mill-ewwel htafna l-okkazjoni u rajna kif nistghu naghtu sehemna f'dan
l-avveniment kulturali daqshekk importanti. Ikkunsidrajna diversi
idejat u possibiltajiet sakemm fl-ahhar nibtet l-ideja li norganizzaw
attivita Ewropeja f'Malta. Fassalna pjan u fl-2016, fl-okakzjoni
tal-Kungress Mondjali tal-Presepju gewwa Bergamo, l-Italja, habbarna li
fl-2018 f'Malta kien ser isir l-ewwel Konvenju ghal Presepisti Ewropej.
Ftahna l-applikazzjonijiet u fis-7 ta' Novembru, 2018 fetah il-Konvenju li
ghalih attendew 50 delegat minn 14 il-pajjiz barrani fosthom l-Amerika u
l-Argentina. Il-Konvenju dam sejjer hamest ijiem li matulhom kellna diversi
zjajjar lil siti turistici, presepji u Konferenza bit-tema: "MADWAR
IL-PRESEPJU L-ISTRANGIERI JSIRU HBIEB". Mill-kummenti li rcevejna wara
li d-delegati waslu lura f'pajjizhom, irrejalizzajna li x-xoghol li hadna
halla l-frott.
Bi pajcir nghidu li s-success ta' dan il-Konvenju kien dovut ukoll ghal ko-finanzjament
mill-Fond ghall-Kawzi Gusti fil-Ministeru tal-Finanzi.
Mixja sabieha...bdiet bil-mod u ziedet fir-ritmu matul
is-snin. Forsi xi hadd jistaqsi: Wasalna?
Tmiem il-mixja tal-Ghaqda Hbieb tal-Presepju –
Malta ma jistax jasal. Il-hidma tal-Kunsill Amministrattiv u l-membri tal-Ghaqda
saret missjoni li trid tkompli tistinka biex il-presepju jkompli jinbena
mhux biss f’kull dar imma wkoll u b’mod partikulari f’kull qalb Maltija.
M’ghandiex
ambizzjoni li xi darba nghidu “wasalna”...imma d-determinazzjoni li nibqghu
mexjin il-quddiem qieghda hemm u qed tissahhah ma’ kull sena li tghaddi.
L-GHANIJIET TAL-GHAQDA HBIEB TAL-PRESEPJU - MALTA HUMA
DAWN: