Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta - Friends of the Crib - Malta - Amici del Presepe - Malta - Freunde der Krippe - Malta - Les Amis de la Creche de Noel - Malte - Asociación de Amigos del Pesebre - Malta


Lejn Milied madwar
il-PRESEPJU

Home
WELCOME
BENVENUTO
WILKOMMEN
BIENVENIDO
BIENVENUE
MIN AHNA?
IL-PRESEPJU
FULJETT
KALENDARJU
TEKNIKA
KUNTATT
RITRATTI

                     
                   IL-PERSPETTIVA

Jekk qed nahsbu biex il-presepju taghna jkun imdaqqas mhux hazin, irridu bil-fors nghatu kaz tal-perspettiva.  F'kaz bhal dan ikun aktar mehtieg li ahna nirrispettaw il-proporzjon.


X'taghmel il-perspettiva?  Din taghti dehra ta' fond lill-presepju taghna.  Meta tinhadem sew il-perspettiva tghin lil min ihares lejn il-presepju biex ihoss li l-presepju hu hafna iktar fond milli fil-fatt hu.  Jekk inharsu sew lejn l-istampa li ghandna hawn, malajr nifhmu dan kollu.

Presepju li jkollu perspettiva tajba aktarx li jkun fih tliet qisien ta' pasturi; sett kbir fuq quddiem, sett ftit izghar fin-nofs u sett zghir fuq wara.  Dan ghaliex aktar ma nharsu l-boghod, l-oggett jidher aktar zghir. Bhal fil-kaz tal-pasturi isir l-istess fejn jidhlu bini, sigar, u accessorji ohra.  Dan ghaliex kif semmejna fil-kors dwar il-bini tal-presepju, il-proporzjon huwa ferm importanti.  It-tabella li tidher hawn taht taghti diversi qisien li huma mahduma proporzjonalment ma xulxin.  Hija maqsuma fi tnejn biex setghu jidhlu aktar qisien.

Dawn il-punti jservu ta' gwida biex tifhem it-tabella malajr:

a)    in-numri bojod taht il-kaxxa safra huma qisien ta' pasturi.
b)    in-numri fl-ewwel kolonna (xellug) huma l-qisien attwali tal-oggett li
       ser ikun rapprezentat: e.z.  bieb, tieqa, mejda, sigra, ecc.
c)    in-numri fil-kolonni kuluriti huma l-qisien tal-oggetti kif irridu
       nahdmuhom.

Mela jekk ahna rridu naghmlu hajt tas-sejjieh li normalment ikun gholi madwar 120cm ghal ma' pasturi ta' 12cm infittxu fl-ewwel kolonna il-qies normali (120cm) u nimxu fl-istess linja sa taht il-qies tal-pasturi (12cm). Hemmhekk insibu li l-hajt irid ikun gholi 8.5cm.  Facli le?!

Qies tal- Qies tal-pasturi   Qies tal- Qies tal-pasturi
Oggett 8cm 10cm 12cm 14cm   Oggett 8cm 10cm 12cm 14cm
20 cm 0.9 1.2 1.4 1.6   190 cm 8.9 11.2 13.4 15.6
30 cm 1.4 1.8 2.1 2.5   200 cm 9.4 11.8 14.1 16.5
40 cm 1.9 2.4 2.8 3.3   210 cm 9.9 12.4 14.8 17.3
50 cm 2.4 2.9 3.5 4.1   220 cm 10.4 12.9 15.5 18.1
60 cm 2.8 3.5 4.2 4.9   230 cm 10.8 13.5 16.2 18.9
70 cm 3.3 4.1 4.9 5.8   240 cm 11.3 14.1 16.9 19.8
80 cm 3.8 4.7 5.6 6.6   250 cm 11.8 14.7 17.6 20.6
90 cm 4.2 5.3 6.4 7.4   260 cm 12.2 15.3 18.4 21.4
100 cm 4.7 5.9 7.1 8.2   270 cm 12.7 15.9 19.1 22.2
110 cm 5.2 6.5 7.8 9.1   280 cm 13.2 16.5 19.8 23.1
120 cm 5.6 7.1 8.5 9.9   290 cm 13.6 17.1 20.5 23.9
130 cm 6.1 7.6 9.2 10.7   300 cm 14.1 17.6 21.2 24.7
140 cm 6.6 8.2 9.9 11.5   325 cm 15.3 19.1 22.9 26.8
150 cm 7.1 8.8 10.6 12.4   350 cm 16.5 20.6 24.7 28.8
160 cm 7.5 9.4 11.3 13.2   375 cm 17.6 22.1 26.5 30.9
170 cm 8.0 10.0 12.0 14.0   400 cm 18.8 23.5 28.2 32.9
180 cm 8.5 10.6 12.7 14.8   450 cm 21.2 26.5 31.8 37.1

Lura fit-TEKNIKA