Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta - Friends of the Crib - Malta - Amici del Presepe - Malta - Freunde der Krippe - Malta - Les Amis de la Creche de Noel - Malte - Asociación de Amigos del Pesebre - Malta


Lejn Milied madwar
il-PRESEPJU

 

Home
WELCOME
BENVENUTO
WILKOMMEN
BIENVENIDO
BIENVENUE
MIN AHNA?
IL-PRESEPJU
FULJETT
KALENDARJU
TEKNIKA
KUNTATT
RITRATTI

KALENDARJU

LAQGHA GENERALI ANNWALI 2020          


Il-Milied ghadda u l-presepji zzarmaw u ntrefghu fuq xi raff jistennew Milied iehor biex jergghu johorgu u jsebbhu d-djar taghna.  Hemm min forsi jahseb li issa huwa wkoll iz-zmien meta l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta tiehu ftit nifs sakemm jergghu jibdew l-attivitajiet bi preparazzjoni ghal Wirja 2020.
 Bhal f'kull ghaqda ohra li hija mwaqqfa ghal skop partikolari, ix-xoghol tal-Ghaqda taghna ma jieqafx meta jghaddi l-istagun tal-Milied, imma jibqa sejjer ghaliex ghalina il-Milied huwa s-sena kollha. 
Kif beda x-xahar ta' Jannar il-hsieb tal-Kunsill Amministrattiv mar fuq l-ewwel attivita ghas-sena l-gdida.  Il-Laqgha Generali Annwali tfaccat quddiemna tistenna li tkun iffissata data li fiha niltaqghu u waqt li naghtu titwila lejn x'sar matul l-2019, infasslu programm ta' hidma ghas-sena li ghadna kemm bdejna.
Inheggu lill-membri kollha biex jattendu u possibilment johorgu b'idejat fattibbli li jmexxu l-quddiem l-Ghan ewlieni tal-Ghaqda taghna - li l-Milied Malti jigi ccelebrat madwar il-Presepju.

Agenda tal-Laqgha


1.    Introduzzjoni mill-President
2.    Qari tal-Minuti tal-ahhar Laqgha Generali
       
Kummenti u approvazzjoni
3.    Rapport Amministrattiv mis-Segretarju
       
Mistoqsijiet, Kummenti u approvazzjoni
4.    Rapport Finanzjarju mit-Tezorier
       
Mistoqsijiet, Kummenti u approvazzjoni
5.    Emendi ghall-Istatut u Mozzjonijiet
6.    Ghazla ta' zewg Revizuri
7.    Gheluq tal-Laqgha u aggornament.

N.B. Il-Laqgha tibda fil-5.30 p.m. imma tista tittardja bi 15 il-minuta jekk ma jkunx hemm 'quorum'.

Il-Kors dwar il-bini tal-presepju
   



Grazzi ghall-ghajununa li sibna mill-Patrijiet Kapuccini fil-Floriana, is-sena l-ohra ergajna bdejna l-kors prattiku dwar il-presepju.  Kellna grupp ta' madwar 20 ruh, membri u mhumiex, li attendew regolarment u flimkien, taht id-direzzjoni ta' membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Ghaqda bnew dak li aktarx kien l-ewwel presepju taghhom.  Min hadem bil-polistiren (jablo) u min bil-karti - kulhadd skond ix-xewqa tieghu. Ma kellniex kumplikazzjonijiet, disinn aktarx semplici b'laqta personali ta' kull partecipant.  L-iskop li kull min jattendi l-kors jasal biex jibni presepju intlahaq u zgur li ser ikollna min jattendi ghal kors ta' din is-sena.
Nittamaw li jerga jkollna l-opportunita li nuzaw l-istess post tas-sena l-ohra - dwar dan naghtukom aktar informazzjoni l-quddiem. Sadanittant inheggu lil dawk li jixtiequ jibnu presepju biex izuru din il-pagna minn zmien ghal zmien ghal aktar informazzjoni.
Biex taghmlu kuntatt maghna:  email:   presmal18@gmail.com   jew mob. no:  9940 6645.