Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta - Friends of the Crib - Malta - Amici del Presepe - Malta - Freunde der Krippe - Malta - Les Amis de la Creche de Noel - Malte - Asociación de Amigos del Pesebre - Malta


Lejn Milied madwar
il-PRESEPJU

Home
WELCOME
BENVENUTO
WILKOMMEN
BIENVENIDO
BIENVENUE
MIN AHNA?
IL-PRESEPJU
FULJETT
KALENDARJU
TEKNIKA
KUNTATT
RITRATTI

         Min Ahna?
       STORJA TAL-
       GHAQDA HBIEB TAL-PRESEPJU
      
Malta

It-tradizzjoni tal-Presepju fil-gzejjer Maltin tmur lura aktar minn erba' mitt sena, u ghalhekk rabbiet sew l-eghruq fost il-poplu ta' dawn il-gzejjer. Minkejja dan, fit-tieni nofs tas-seklu ghoxrin, wara t-Tieni Gwerra dinjija, bdew dehlin f'Malta, l-aktar permezz tas-Servizzi Nglizi stazzjonati f'pajjizna, drawwiet u uzanzi barranin anke f'dak li kien jirrigwarda c-celebrazzjonijiet tal-Milied.

Fil-bidu tas-snin hamsin tfaccat il-Christmas Tree, b'tizjin u dwal irqaq ilellxu.  Santa Claus, jew ahjar Father Christmas, ma damx ma wasal bir-rigali 'moderni'.  Kienu affarijiet
sbieh, m'ghandniex xi nghidu.  Kont wkoll issibuhom lesti, kemm tpoggihom f’posthom;  ma kienx hemm bzonn tidlik jew preparazzjoni twila.  Kien ghalhekk li malajr intoghgbu u saru popolari.  Imma hej, ghal ftit ma qatlux l-isbah tradizzjoni li kellhom missierijietna...dik tal-presepju!  Bil-mod il-mod dan twarrab fil-genb sa ma kwazi sparixxa ghal kollox, u bla tlaqlieq nghidu li, kieku ma kienx ghal xi erba' dilettanti li baqghu jarmaw il-presepju fid-djar taghhom, din l-uzanza hekk sabieha kienet tispicca ghal kollox.

L-entuzjazmu ta' dawn id-dilettanti wassalhom biex jinghaqdu flimkien u joffru lill-pubbliku wirja ta' presepji zghar. Ir-rizultat kien posittiv u wassal biex ftit inqas minn sena wara, f'Ottubru, 1986, twieldet l-GHAQDA HBIEB TAL-PRESEPJU (Malta).

Il-wirja ta' presepji baqghet issir kull sena taht il-Knisja tal-Frangiskani li hemm fi Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta, fejn baqghet issir ghal tletin sena shah, u maghha ddahlet kompetizzjoni ghall-isbah presepju f'diversi kategoriji.  Il-preparazzjoni ghal din il-wirja bdiet issir minn kmieni permezz ta' laqghat dwar l-istorja u l-bini tal-presepju.  In-numru tal-membri beda jikber u l-interess beda jizdied.  Fi ftit snin, meta l-entuzjazmu ghall-presepju rega qam u bdew jitfaccaw numru ta' presepji go garaxxijiet u swali madwar Malta, il-kompetizzjoni fil-wirja tal-Ghaqda tnehhiet.  Kien pass xi ftit riskjuz, ghax kif jghidu l-kompetizzjoni taghti l-hajja, izda kien pass fid-direzzjoni t-tajba.  Il-presepju baqa’ jsir, mhux biex irebbah il-premju, imma biex iwassal messagg ta' paci. 

Mal-laqghat ghal membri, il-Kumitati li mexxew l-Ghaqda matul is-snin, ziedu lezzjonijiet fi skejjel u ghaqdiet ohra madwar Malta. L-introduzzjoni tal-Kunsilli Lokali wkoll tat sehemha biex il-hidma tal-Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta tikber.

Wiehed mill-ghanijiet tal-Ghaqda huwa li tohloq kuntatti ma ghaqdiet ohra simili barra minn Malta.  Grazzi ghal dawn il-kuntatti, wiehed isib presepji Maltin madwar l-Ewropa fosthom il-Germanja, Austrija, Belgju u l-Italja.  Il-kuntatti ma’ ghaqdiet presepisti f'dawn il-pajjizi ghinu hafna biex tikber il-kultura ta' pajjizna f'dan ir-rigward.  Il-lum l-Ghaqda ghandha diversi kuntatti ma' ghaqdiet ohra barra minn Malta. Dawn wasslu biex il-presepju Malti jsir dejjem aktar maghruf u apprezzat barra minn xtutna. Dan wassal ukoll biex jittellghu wirjiet ta' presepji Maltin f'pajjizi barranin, kif ukoll biex wirjiet minn barra minn Malta jingiebu f'pajjizna.Qed jghin ukoll biex il-kultura tal-Milied Malti tithallat ma' kulturi ohrajn barranin u allura tissahhah it-tradizzjoni tal-veru Milied.

Il-hidma tal-Ghaqda ma tieqaf qatt...sa minn kmieni fis-sena, il-Kumitat tat-tmexxijja jahseb biex jippjana korsijet, laqghat u diskussjonijiet dwar il-presepju u dak kollu li ghandu x'jaqsam mieghu.  Dan izomm l-Ghaqda hajja u thares dejjem il-quddiem.  Dejjem ghaddejjin sakemm matul it-tieni nofs tas-sena tibda r-rankatura li twassal ghal wirja annwali fejn wiehed ikun jista’ jammira u japprezza x-xoghol tal-Ghaqda permezz ta' numru ta' presepji li jinhadmu kull sena mill-membri tal-Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta.

   
    
        Ghafas hawn biex tara l-album tar-ritratti!