Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta - Friends of the Crib - Malta - Amici del Presepe - Malta - Freunde der Krippe - Malta - Les Amis de la Creche de Noel - Malte - Asociación de Amigos del Pesebre - Malta


Lejn Milied madwar
il-PRESEPJU

Home
WELCOME
BENVENUTO
WILKOMMEN
BIENVENIDO
BIENVENUE
MIN AHNA?
IL-PRESEPJU
FULJETT
KALENDARJU
TEKNIKA
KUNTATT
RITRATTI


 

Minn hawn u minn hemm...
Ghandna ghax nifhmu li missierijietna wkoll kienu jiccelebraw it-Twelid ta’ Gesu Bambin, u aktarx li kienu wkoll jarmaw xi forma ta’ presepju. Minkejja dan ftit li xejn insibu dokumenti li juru meta, fejn u minn min saru l-ewwel presepji f’Malta.
Diversi kienu dawk li ppruvaw ifittxu anke fl-arkivji ta’ Kunventi jew Monasteri Maltin biex isibu xi hjiel dwar dan...s’issa ftit li xejn instab.  L-informazzjoni li ghandna twasslet lilna f’bicciet mix-xjuh taghna u ahna ghaqqadniha flimkien biex noholqu forma ta’ storja dwar l-evolviment tal-presepju f’Malta.

Ghalhekk minn hawn u minn hemm...

Jghidu li fil-knisja tad-Dumnikani fir-Rabat, kien jintrama presepju sa mill-1617. Kif u minn x'hiex kien mahdum ma nafux! Barra dan il-presepju jissemmew ohrajn li kienu intramaw fis-snin ta' wara; uhud minnhom huma marbutin ma' persuni li kienu maghrufin ghal hidma taghhom f'dan il-qasam. Jissemmew per ezempju Fra Benedetto Papale (1975) Patri Frangiskan minn Caltagirone fi Sqallijja. Presepji li huma xoghol ta' dan il-patri ghadhom esibiti f'diversi muzewijiet Sqallin. F'Malta jissemma certu Anontio Muscat Fenech, Qormi (1870) li kien jarma presepju mekkaniku li kien jithaddem bl-ilma u fl-1877 jissemma wkoll Duminku Pace li kien jahdem presepju kbir f'tas-Sliema.

Dawn kollha spiccaw; imma niehdu gost nghidu li fil-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini, fl-Imdina, ghad hemm presepju li nhadem fl-1826.  Jinghad li dan huwa wiehed mill-presepji mahdumin minn Benedetto Papale.

Barra dawn il-presepji jissemmew ohrajn li izda ma hemm ebda informazzjoni dwarhom, jew fejn kienu jezistu. Dawn il-presepji aktarx li kienu jinsabu f’xi kunvent, jew fi djar ta’ nies ghonja li setghu jixtru l-pasturi li kienu ghaljin.  Fost dawn kien hemm min sahansitra xtara presepju u pasturi minn Napli.  Dawn kien fihom xoghol artistiku ferm, izda ma tantx nizlu tajjeb mal-Maltin; forsi minhabba l-kuluri jghajjtu u l-gegwigija li huma karatterizzati fl-istil Naplitan.  Jghidu li hafna minn dawn il-presepji spiccaw mahruqin fil-forog jew fuklari.

Il-Maltin kienu iktar migbuda lejn l-istil tal-presepju Sqalli, u fil-fatt hafna mill-karatteristici ta’ dan il-presepju insibuhom ukoll f’dak Malti. Jista’ jkun ukoll li dan gara minhabba l-vicinanza taz-zewg pajjizi u anke l-iskarigg tal-Maltin u Sqallin bejn iz-zewg gzejjer.  Minkejja dan, il-presepju Malti inghata l-karattru partikulari tieghu bl-ilbies tal-pasturi, bil-girna, bil-mithna tar-rih u bi snajja Maltin li gew imdahhla fit-taqsimiet tieghu.

F’Malta, bhal ma gara f’pajjizi ohra, il-presepju ha spinta sew il-quddiem fil-bidu tas-seklu dsatax.  Dan aktarx minhabba l-fatt li ghal din il-habta bdew jinhadmu l-pasturi bil-forom u allura il-prezz taghhom, li kien hafna irhas minn dawk skolpiti bl-idejn, kien jintlahaq aktar mill-popolin. Kien ukoll matul dan iz-zmien li dehru f’Malta l-ewwel pasturi tat-tafal bil-kostum Malti. Dawn kienu ta’ qies u prezz li setghu jinxtraw minn kulhadd. Kienu wkoll jirraprezentaw diversi snajja jew tradizzjonijiet Maltin. Kont issib fost ohrajn, l-ghannejja, u d-daqqaqa tal-kitarra , taz-zaqq u t-tambur.  Fost is-snajja kien hemm il-furnar, ir-raghaj u l-bidwi.

Nistghu nghidu li ghalkemm dawn il-pasturi, maghrufa wkoll bhala l-pasturi tas-sold, ghax daqshekk kienu jinbieghu, ma kienux xi kapulavuri tal-arti, kienu huma li taw l-imbuttatura li kellu bzonn il-presepju Malti. Wisq probabbli din l-popolarita kienet wasslet biex f’kull dar kont issib xi forma jew ohra ta’ presepju maghmul mill-karti tas-siment jew gurnali imwahhla fuq xulxin bil-kolla tad-dqieq, inkella mibni minn gebel rustiku jew mill-gagazza.  Billi din tal-ahhar kienet il-fdalijiet ta’ faham mahruq, kont issibha l-aktar ghand xi haddied jew vicin ix-xatt fejn kienu jitrakkaw il-vapuri.

Wara l-ahhar gwerra, fil-bidu tas-snin hamsin, bdew resqin lejn Malta, l-iktar permezz tas-servizzi Inglizi, tradizzjonijiet godda u moderni bhal ma kienu l-Christmas Tree, Father Christmas u tizjin iehor li ma kellu x’jaqsam xejn mal-ispirtu tal-presepju.  Dawn it-tradizzjonijiet, forsi ghax ma kienux jirrikjedu hafna xoghol biex jintramaw, jew ghax kellhom dwal u kuluri ilellxu, malajr intoghgbu u bil-mod il-mod bdew jiehdu post il-presepju.  Kien grazzi ghal numru ta’ dilettanti li t-tradizzjoni tal-presepju fil-Milied Malti baqghet hajja. Fl-1986 dawn id-dilettanti inghaqdu flimkien u tellghu wirja ta’ presepji zghar mahdumin minnhom stess li giet milqughha tajjeb mill-pubbliku.  Dan kien it-twelid tal-Ghaqda Hbieb tal-Presepju (Malta) li sal-lum ghadha tahdem biex il-presepju jibqa’ jifforma parti mit-tradizzjoni tal-Milied f’Malta.  Grazzi ghal hidma ta’ din l-Ghaqda, illum il-presepju rega sab postu fid-djar Maltin.

Nahseb li fuq fuq, irnexxieli anke jien nibni storja zghira dwar il-presepju f’Malta.  Kif ghidt fil-bidu uzajt informazzjoni li gbart minn hemm u minn hawn.  Ma jfissirx li m’hemmx izjed x’jinghad dwar din it-tradizzjoni hekk sabieha. J'Alla nibqghu nircievu informazzjoni li gejja minghand ix-xjuh taghna biex tkompli tkabbrilna l-kultura u l-istorja ta' pajjizna.